BNF Bank jgħin lil Hospice Malta

Maruska Buttigieg Gili, l-Uffiċjal Kap għar-Riskju ta’ BNF Bank flimkien ma Mrs. Bernardette Bonnici Kind, il- President u Mr. Kenneth Delia, Kap Eżekuttiv ta’ Hospice Malta

BNF Bank huwa kommess li jagħti kontribut lejn il-progress soċjali tal-kommunita’ billi jgħin organizzazzjonijiet lokali, voluntarji u mhux għall-profitt li jħabirku sabiex jagħmlu d-differenza fl-għixien tan-nies.  Hospice Malta, speċjalisti fil-kura paljattiva, hija waħda mill-organizzazjonijiet li tibbenefika mill-programm ta’ Responsabbilta’ Soċjali Korporattiva ta’ BNF Bank.

Din l-għaqda mhux governattiva, toffri s-servizzi tagħha mingħajr ħlas filwaqt li toffri għajnuna psiko-soċjali u emozzjonali lill-pazjenti u lill-familji tagħhom fi żmien meta jkunu l-iktar vulnerabbli.  Hospice Malta tkun tista’ żżomm l-operat tagħha għaddej grazzi għal donazzjonijiet mill-pubbliku u intrapriżi, kif ukoll għat tim ta’ voluntiera dedikati li bi ħġarhom jagħtu l-ħin tagħhom.

Wara preżentazzjoni ta’ donazzjoni lil Hospice Malta għan-nom tal-Bank, Maruska Buttigieg Gili, Uffiċjal Kap għar-Riskju qalet li “matul is-snin, BNF Bank kompla jiżviluppa l-programm ta’ responabbilta’ soċjali f’wieħed li jista’ jħalli mpatt fil-komunita’.  BNF Bank japprezza l-impenn kontinwu ta’ Hospice Malta, biex itaffi t-tbatijiet li n-nies ikunu għaddejin minnu, permezz ta’ kura paljattiva lill-pazjenti u lill-familji tagħhom.”

Is-Sinjura Bernardette Bonnici Kind, li tippresiedi Hospice Malta, ikkumentat li, “huwa grazzi għal dan l-att ta’ solidarjeta’ u oħrajn bħalhom li għal dawn l-aħħar 31 sena, Hospice Malta kienet tista’ tkompli bis-servizz li toffri kura paljattiva b’xejn fil-gżejjer Maltin.  Bl-għajnuna minn benefatturi bħal BNF Bank inwiegħdu li nżommu livell ta’ servizz eċċellenti.

Inti wkoll tista’ tagħmel differenza fil-ħajja ta’ xi ħadd billi tagħti donazzjoni u tingħaqad mal-komunita’ ta’ sostenituri ta’ Hospice.  Tista’ tagħti l-kontribuzzjoni tiegħek direttament fuq is-sit tagħhom – www.hospicemalta.org.