Bnew garaxx fuq spazju pubbliku, tneħħa mill-PA

Read in English.

L-Awtorità tal-Ippjanar (PA) neħħiet garaxx li nbena fuq spazzju pubbliku f’Ħal Farruġ.

Il-PA ħadet l-azzjoni l-Ħamis li għadda wara li l-okkupanti kienu ġew infurmati biex ineħħu l-illegalità.

Kelliem għall-PA qal lil Newsbook.com.mt li minflok ma neħħew il-garaxx, in-nies baqgħu jżidu l-bini llegali.

“Fiċ-ċirksotanzi l-PA ma kellha ebda għażla oħra ħlief li tieħu azzjoni,” qal il-kelliem. Qal li l-proprjetà hija art tal-Gvern maħsuba biex tkun spazju pubbliku miftuħ. Spjega li l-istrutturi llegali kienu qed ikunu ta’ periklu għat-traffiku.

Mistoqsija jekk saurx xi arresti, il-Pulizija qalet li “l-investigazzjonijiet f’dan il-każ qed isiru mill-PA”. Kelliem għall-Pulizija spjega li l-Pulizija kienet hemm biex tinżamm l-ordni pubblika.

Reċentament, bdiet tiċċirkola email interna fil-PA li qalet li l-Chairperson Eżekuttiv Johann Buttigieg kien se jitlaq mill-kariga tiegħu.

Planning supremo moves on

F’Jannar, Newsbook.com.mt kien irrapporta li l-PA, flimkien mal-Awtorità tar-Riżorsi, għalqu ż-żona ta’ Ta’ Qali li fiha kien qed jintrema skart illegali, storja esklussiva li żvela Newsbook.com.mt f’Diċembru. Minkejja dan, il-Pulizija ma ħadu l-ebda passi.

Ritratti: Rimi illegali f’Ta’ Qali: Il-PA taġixxi; il-Pulizija le