BMIT Technologies iħabbru r-riżultati ta’ nofs is-sena

Read in English.

BMIT Technologies plc din il-ġimgħa ħabbru l-ewwel riżultati ta’ nofs is-sena wara li kellhom l-IPO aktar kmieni din is-sena li juri l-wirja pożittiva minn kull lat kif kien imħabbar minn qabel.

Għall-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kien ġenerat d-dħul ta’ €11.2 miljun, żieda ta’ madwar nofs miljun ewro. Dan hu ekwivalenti għaż-żieda ta’ 4.4% fl-istess perjodu tas-sena l-oħra. Id-dħul tal-grupp qabel l-interessi, it-taxxa, id-deprezzament u l-amortisation(EBITDA) kiber b’4.7% għal €5.1 miljun li jirrappreżenta t-tkabbir fl-operat tal-Group. Il-profitt qabel it-taxxa hu ta’ €3.7 miljun, tnaqqis minn €3.9 miljun, b’riżultat tal-ispejjeż finanzjarji u l-EBITBA, li ġej mill-adozzjoni tal-IFRS 16.

Fit-30 ta’ Ġunju 2019 il-BMIT Technologies Group kellu assi totali ta’ €21.3 miljun li juru żieda ta’ €7.7 miljun mill-31 ta’ Diċembru 2018. Dan kien l-aktar b’riżultat tal-pożizzjoni b’saħħitha fi flus kontanti ta’ €2.8 miljun u l-għarfien għall-jedd tal-użu tal-assi wara l-adozzjoni tal-IFRS 16 li jlaħħaq €4.9 miljun.

Is-Sur Nikhil Patil, iċ-Chairman tal-BMIT Technologies plc, faħħar ix-xogħol iebes li għamel it-tim tal-kumpanija biex wasslu dawn ir-riżultati pożittivi li saħħew il-pożizzjoni tal-kumpanija f’zoni importanti.

“Dawn ir-riżultati jikkonfermaw ukoll it-transizzjoni ta’ suċċess tal-BMIT Technologies minn kumpanija privata għal waħda pubblika u organizzazzjoni li ġiet illistjata Il-Bord tiegħi huwa kburi li l-kumpanija rnexxielha taħdem b’suċċess ma’ kif kien ippjanat minn qabel peress li dan jawgura tajjeb għall-ħidma fil-futur u l-pjani għat-tkabbir. Nixtieq nirringrazzja lill-azzjonisti kollha tal-fiduċja li wrew fina u talli appoġġjawna f’dan il-vjaġġ,” ikkummenta s-Sur Patil.

L-Inġ. Christian Sammut, iċ-Chief Executive Officer, tkellem dwar l-investiment kontinwu fin-nies u fis-sistemi u kkonferma wkoll li l-proġetti l-kbar li għaddejjin bħalissa sejrin kif ippjanat.

“Id-datacentre il-ġdid fiż-Żejtun qiegħed jipprogressa skont il-pjan u aħna nistennew li  nikkommissjonawh matul l-2020. Aktar kmieni din il-ġimgħa l-azzjonisti approvaw ukoll l-akkwist ta’ proprjetà fil-Ħandaq li bħalissa qed isservi bħala waħda mill-akbar datacentres li għandna. Dawn id-datacentres, flimkien mat-tielet datacentre li noperaw fi SmartCity Malta, isaħħu l-kapaċità tagħna li kontinwament nipprovdu għażla dejjem tikber tas-servizzi tal-IT lill-klijenti tagħna,” temm jgħid Inġ. Sammut.

Ir-riżultati finanzjarji jinsabu fuq bmit.com.mt.