Bloodline eliminati minn X Factor

Wara li aktar kmieni Yazmin & James ġew eliminati waqt l-ewwel parti tar-raba’ live show tat-tieni edizzjoni ta’ X Factor Malta, illejla kien imiss lil Bloodline biex jiġu eliminati mill-kompetizzjoni.

Huma ġabu l-inqas ammont ta’ voti min-naħa tal-pubbliku li llejla kellu s-saħħa kompleta fl-għażla ta’ min se jibqa’ jew le f’din il-kompetizzjoni.

B’hekk issa għall-finali tas-Sibt 8 ta’ Frar se jkunu qed jikkompetu Justine Shorfid, Kyle, Destiny, u F.A.I.T.H

Min jirbaħ din l-edizzjoni ta’ X Factor Malta se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fis-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li se jsir f’Rotterdam fin-Netherland bejn it-12 u s-16 ta’ Mejju.