Blokka ta’ appartamenti ġodda tieħu n-nar f’Londra

Nirien ħakmu blokka ġdida ta’ appartamenti f’Londra, ftit ġimgħat wara t-traġedja ta’ Grenfell Tower li ħalliet aktar minn 70 persuna mejta.
Il-blokka ta’ appartmenti tinsab bejn Bethnal Green u Mile End fil-Lvant ta’ Londra.
Jidher li l-blokka għadha mhux lesta għal kollox u ħadd għadu ma joqgħod fiha.
Skont xhieda li kienu fuq il-post u li tkellmu ma’ midja internazzjonali, in-nirien bdew minn pannelli fotovoltajiċi li jinsabu fuq il-bejt tal-blokka.
Parti kbira mis-saqaf ċeda.
Intant madwar 80 pumpier jinsabu fuq il-post u qed jikkontrollaw in-nirien li nferxu malajr fil-blokka ta’ ħames sulari.