Blogger tħallas multa għax kitbet ħażin fuq restorant

Qorti Franċiża ordnat lil blogger tħallas multa kbira u tibdel it-titlu ta’ kummenti negattivi li għamel dwar restorant partikolari. Dan minħabba li r-review tagħha kienet prominenti ħafna meta wieħed ifittex isem ir-restorant.
Sid ir-restorant ilmenta li b'dawn il-kummenti l-blogger għamlitlu ħsara fin-negozju. Lil din il-blogger hemm isegwuha 3,000 persuna.
It-titlu tar-review kien li jekk wieħed ikun f’din il-lokalità għandu jevita ir-restorant li jġib l-isem ta’ Il Giardino. Fuq ordni tal-Qorti l-kliem inbidel għal ‘il-post li għandek tevita.’
Eventwalment ir-review tneħħa.