Blogger Kattoliku tintbagħat 10 snin ħabs fil-Vjetnam

Marija Madalen Nguyen Ngoc, magħrufa wkoll bħala “Mother Mushroom” kienet kundannata għal 10 snin ħabs minn Qorti fil-Vjetnam għax instabet ħatja li għamlet propaganda kontral-Gvern Komunista.
Din il-mara ta 38 sena għaddiet ġuri fil-Qorti tal-Poplu fil-provinċja ta Khanh Hoa iżda s-senteza kienet meqjusa bħala ħarxa iżżejjed. Fil-jum tal-ġuri, it-toroq li jagħtu għall-Qorti kienu mblukkati filwaqt li mijiet ta’ pulizija kienu qed jgħass u t-toroq.
Wara s-sentenza diversi avukati u persuni oħra kitbu fuq Facebook li s-sentenza kienet ħarxa ħafna u inumana. L-avukat Kattoliku Le Cong Dinh kiteb li “ninsab sorpriż bis-sentenza ta’ 10 snin ħabs. Din turi kemm għandna Gvern inuman kontra omm żagħżugħa. Ma rrealiżżajtx f’liema stat ta’ paniku jinsab il-partit fil-Gvern”. Żied jgħid li kien persważ li f’ħajjitha din il-mara trid tara l-mewt tar-reġim li kkundannaha.
Mill-ħames avukati li kellhom jiddefendu lil din il-mara, tlieta biss tħallew jidħlu l-Qorti. It-talba li saret mid-difiża biex il-ġuri jkun pospost kienet  miċħuda u wieħed mill-avukati ma tħalliex jiltaqa’ magħha qabel bed l-ġuri.
Jidher li l-Imħallfin ma tawx każ l-argumenti tad-difiża u taw sentenza li kienet lesta minn qabel. Id-difiża insistiet li Quynh ma kisret ebda liġi imma esprimiet il-fehmiet tagħha kif kellha dritt tagħmel.
Għalkemm il-ġuri sar aktar kmieni dan ix-xahar il-mara kienet arrestata f’Ottubru tas-sena li għaddiet u żewġ uliedha żgħar tħallew jarawha biss għal ħames minuti qabel il-ġuri.