“Xi jfisser li tiddefendi l-interessi ta’ Malta u l-Maltin?”

    FZD

    Ix-xogħol tiegħi fil-Parlament Ewropew fl-aħħar sentejn kien jinvolvi ukoll li niddefendi l-interessi taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Fil-fatt matul l-aħħar sentejn ħdimt biex:

    • niddefendi d-drittijiet tal-ħaddiema Maltin milli jkunu obbligati li jħallsu għal taħriġ obbligatorju
    • appoġġjajt it-twaqqif ta’ Awtorità Ewropea tax-Xogħol biex tissalvagwardja l-interessi tal-Maltin li jaħdmu barra minn xtutna
    • għamilt kampanja b’suċċess biex YouTubers Maltin jitħallsu bħal YouTubers oħra madwar l-Unjoni Ewropea
    • inngeozjajt liġi ġdida li tassigura deals aqwa għall-konsumaturi li jixtru online u li tipproteġi lin-negozji ż-żgħar billi tindirizza l-kompetizzjoni inġusta
    • ħdimt favur ambjent tax-xogħol nieqes minn sustanzi li jikkawżaw il-kanċer
    • iddefendejt id-dritt taċ-ċittadini li jkunu infurmati dwar kwistjonijiet li huma relevanti għalihom
    • saħħaht il-liġi tal-whistelblowers biex insaħħu l-ġurnaliżmu investigattiv
    • issalvagwardjajt l-impjiegi fis-setturi tal-farmaċewtika, tas-servizzi finanzjarji u tal-gaming minn riformi fil-liġi Ewropea
    • iddefendejt il-ħajja u dejjem ivvotajt kontra l-abort.

    Il-kritika lejn gvern mhix attakk lejn pajjiż jew lejn il-poplu. Kif qal il-kandidat soċjalista Frans Timmermans stess, minn jirraġuna hekk ikun kodard. Dawn l-eżempji li tajt hawn fuq huma prova ta’ min veru ħadem b’risq pajjiżna.

    Inwiegħed li se nibqa’ impenjat li nkompli niddefendi l-interessi taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin fil-Parlament Ewropew bl-akbar lealtà lejn il-partit u l-pajjiż. Qad fadal hafna iktar li nixtieq inwettaq u ghalhekk li qed nipprezenta ruhi għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li se ssir fil-25 ta’ Mejju. Bl-appoġġ tagħkom inkompli naħdem favur pajjiżna.