Vlogg: Tibżgħux tieħdu lil Marija għandkom

    Fil-vlogg tiegħu, l-Arċisqof Charles Scicluna tkellem dwar Ittra Pastorali għar-Randan mill-Isqfijiet ta’ Malta u Ghawdex, li se tinqara fi tmiem din il-ġimgħa fil-knejjes kollha f’Malta u Għawdex.

    Fl-Ittra Pastorali, l-Arcisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Joseph Galea-Curmi qed jistiednu lil kull familja sabiex matul dan iz-zmien tar-Randan jilqgħu lil Marija fi djarhom. Dan ukoll fid-dawl tal-400 anniversarju tal-kwadru meqjum tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex. Fi kliem l-Isqfijiet, meta tistieden lil Marija biex tidħol fid-dar tiegħek, tkun qed iġġib ukoll lil binha Ġesù, għaliex anke hu għandu l-ħerqa jkun parti mill-familja tagħna u jgħix magħna fi djarna.