Vlogg: Kelma ta’ kuraġġ lis-saċerdoti

    Read in English.

    Fil-bidu ta’ dan ix-xahar t’Awwissu 2019, il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku bagħat ittra lis-saċerdoti kollha tal-Knisja Kattolika. Beda billi wriehom, uriena, kemm jifhem it-tbatija tagħna meta nħossuna li qegħdin niġu kkritikati minħabba d-dnubiet ta’ xi wħud minna b’mod speċjali meta nitkellmu fuq il-pjaga doloruża tal-abbuż sesswali tat-tfal u taż-żgħażagħ.

    Il-Papa ried jagħti kelma ta’ kuraġġ lis-saċerdoti tagħna, kelma ta’ inkoraġġament, stedina biex nersqu lejn Ġesù u fl-istess ħin għamel att ta’ affidament tas-saċerdoti tal-Knisja Kattolika f’idejn qawwija ta’ Sidtna Marija.

    Jiena nixtieq ningħaqad ma’ dawn is-sentimenti tant sbieħ u nobbli tal-Qdusija Tiegħu l-Papa, u l-ewwel nett nitlob li aħna bħala komunità Maltija napprezzaw ix-xogħol li qed isir fis-silenzju mingħajr ħafna trombi u daqq tat-trombi, minn ħafna saċerdoti, patrijiet, reliġjużi. U nixtieq ukoll insellem lin-nisa reliġjużi tagħna, lil-lajċi katekisti, lill-aġenti pastorali tagħna.

    Lis-saċerdoti ħuti nixtieq inwasslilhom kelma ta’ kuraġġ, kelma ta’ apprezzament u fl-istess ħin magħhom ningħaqad, kif qalilna l-Papa, li nitfa’ ħarsti jew nitfgħu ħarsitna fil-Mulej Ġesù li huwa msallab imma rxuxtat, igglorifikat, għaliex huwa l-eżempju sabiħ tal-imħabba vera.