Vlogg: Inħeġġeġ spirtu missjunarju fid-djoċesi tagħna

    L-Arċisqof Charles Scicluna stqarr li jixtieq iħeġġeġ spirtu missjunarju fid-djoċesi u li jemmen li jekk nieqfu nkunu missjunarji, ningħalqu fina nfusna u nieqfu nikbru fil-ħajja tal-ispirtu u fil-ħajja tal-fidi.

    F’dan l-vlogg, l-Arċisqof qal li jaffaxxina ruħu jisma’ l-esperejnzi ta’ żgħażagħ li jagħmlu esperjenza missjunarja għal ftit żmien f’ambjenti diffiċli, f’ambjenti ta’ sfida kbira, imma jara fihom il-ferħ u l-entużjażmu ta’ min b’dedikazzjoni kbira qed jagħti ħajtu u qed iwassal il-ferħ tal-Evanġelju li hu kontaġġjuż.

    Mons. Scicluna semma wkoll kif fl-esperjenzi missjunarji jiltaqgħu ma’ nies li huma tassew ferħana u l-qalb tal-missjunarju, “li għalkemm forsi l-ġisem għajjien, il-qalb tiegħu hi qalb ferħana għax jagħti ħajtu għall-proxxmu”.