Vlogg: “Illum fl-Istrina ejja nkunu ġenerużi”

    L-Arċisqof Charles Scicluna appella sabiex illum fl-Istrina l-poplu Malti u Għawdxi jiftakar fil-ġenerożità u bħalma s-Slaten Maġi kienu ġenerużi ma’ Ġesù, huma jkunu ġenerużi mal-proxxmu.

    Fit-tieni vlogg tiegħu, l-Arċisqof ħeġġeġ lill-Maltin u l-Għawdxin sabiex juru l-ġenerożità mal-Malta Communituy Chest Fund. Talab ukoll sabiex din il-ġenerożità tiġi estiża għall-1 ta’ Jannar, biex tingħata l-għajnuna meħtieġa lid-Dar tal-Providenza.

    Intant għadda l-messaġġ tiegħu għas-sena l-ġdida fejn għamel stedina għal sens kbir ta’ responsabbiltà. Qal li għandna nifhmu li l-ħajja nistgħu nagħmluha sabiħa jekk nieħdu ħsieb lil xulxin.

    La tibżax… mill-isfidi, mill-mard, mid-diżappunt

    Agħfas l-ewwel buttuna fuq il-lemin tal-filmat biex taqra s-sottotitli