Vlogg: Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara

    Bħal kull sena fit-18 ta’ Jannar tibda ġimgħa ta’ talb ghall-għaqda fost l-Insara.

    Għalina l-Maltin u l-Għawdxin din is-sena hija sena partikolari fejn tidħol din il-ġimgħa ta’ talb għaliex kienu proprju ħutna l-Maltin u l-Għawdxin li jiffurmaw parti mill-inizzjattivi ekuminici fil-gżejjer tagħna, li ħadu ħsieb it-talb u r-riflessjonijiet li se jkunu mxerrdin fid-djoċesijiet kollha tad-dinja fost il-knejjes Insara kollha tad -dinja għal din il-ġimgħa ta’ talb li tgħaqqadna flimkien.

    Fil-fatt il-Maltin u l-Għawdxin iddeċidew li proprju jissuġerixxu li l-Knisja Kattolika u li l-Knejjes Insara l-oħrajn u l-ħutna Nsara mgħammdin madwar id-dinja, propju silta mill-Kaptilu 28 tal-Atti tal-Appostli. Aħna l-Maltin nafuh tajjeb ħafna dan l-aħħar kapitlu tal-Atti tal-Appostli għax l-ewwel 10 versi ta’ dan il-kaptilu huma ddedikati għall-miġija tal-Appostlu Missierna San Pawl fostna.

    U t-tema li ttieħdet għal din il-ġimgħa ta’ talb ta’ din is-sena 2020 kienet propjru l-vers 2: “Ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha.”

    Ftit tal-jiem ilu l-Papa Franġisku għamel katekeżi fuq din il-parti tal-Atti tal-Appostli u ħin minnhom ħares ‘il fuq  u beda jaħseb fina l-Maltin u l-Għawdxin u qal: “Huma nies ta’ ħlewwa kbira. Huma nies li dejjem urew spirtu ta’ akkoljenza. Ġabu ruħhom ma’ ħafna nies matul is-sekli bi ħlewwa liema bħalha.”

    L-istedina tiegħi llum li nagħmlu eżami tal-kuxjena: aħna għadna nuru ħlewwa liema bħalha, l-ewwel nett ma’ xulxin għax charity begins at home.

    Jiġifieri jekk jien qed nitkellem dwar l-imħabba lejn ħutna mifrudin, ejjew naħsbu l-ewwel nett kif qed nittrattaw lilna nfusna. Imma wkoll niftakru li din l-akkoljenza, għax wara kollox dan il-vers qed jiddeskrivi l-mod kif il-Maltin u l-Għawdxin laqgħu lill-Appostlu Missierna u lil 274 persuna oħra li kienu fl-istess vapur li ġie nawfraġat fuq ix-xtut tagħna, li inkalja fuq ix-xtut tal-gżejjer tagħna.

    Laqgħuhom bi ħlewwa liema bħalha. Aħna llum qegħdin nilqgħu fostna Nsara li ġejjin minn knejjes oħrajn ta’ tradizzjoni antikissima. Huwa mument sabiħ għall-ekumeniżmu mument li fih il-Knisja f’Malta pereżempju qed tagħmel kulma tista’ biex lil dawn ħutna toffrilhom, meta huwa possibli, anki postijiet għall-kult tagħhom. Huma wkoll Insara bħalna. Tajjeb li l-ħlewwa li aħna wrejna mal-Appostlu Missierna San Pawl u sħabu elfejn sena ilu tkun ukoll dik li tmexxina fit-talb tagħna għall-għaqda tal-Insara u fil-mod kif nitrattaw ‘l xulxin u ‘l ħutna li qegħdin fostna.