Vlogg: Talb u miżuri fil‑knejjes biex titrażżan u titwaqqaf il‑coronavirus

     

    F’dawn l-aħħar jiem il-Kurja ta’ Malta ħarġet struzzjonijiet permezz ta’ ċirkulari ffirmata mill-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea-Curmi biex ngħinu lill-popolazzjoni tagħna u ’l dawk kollha li jiffrekwentaw il-knejjes tagħna u l-ambjenti Kattoliċi tagħna, iħarsu s-saħħa u jobdu l-istruzzjonijiet li qegħdin nirċievu mill-awtoritajiet tas-saħħa. Kif wieħed jifhem qegħdin nippruvaw nirrispondu b’mod ta’ responsabbiltà kbira għall-indikizzjonijiet li jagħtuna l-awtoritajiet tas-saħħa fil-konfront ta’ dan il-virus qerriedi, il-Coronavirus CO-Vid 19, li b’mod speċjali qed jolqot il-popolazzjoni anzjana.

    Għalih m’għadx hemm vaċċin, m’għadx hemm titqiba bħal ma jkollna għall-influwenza staġonali allura wieħed irid jagħti attenzjoni kbira biex il-popolazzjoni l-iżjed vulnerabbli fostna nkunu nistgħu nħarsuha. Importanti li aħna nobdu l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa. Mhix kwistjoni ta’ rrid jew ma rridx, hija kwistjoni ta’ obbligu morali, u kwistjoni wkoll ta’ sens ċiviku. Hija espressjoni għal min jemmen tal-karità Nisanija. Jekk jiena dak li hemm bżonn nagħmel, nagħmlu, qiegħed nuri wkoll l-imħabba tiegħi għall-proxxmu mhux biss qed nieħu ħsieb is-saħħa tiegħi imma wkoll ta’ ħaddieħor.

    Jekk l-awtoritajiet tas-saħħa jagħtuna indikazzjonijiet oħra ta’ x’għandu jsir biex il-kontaġju jiġi mrażżan biex aħna nieħdu ħsieb xulxin, se nkunu minn tal-ewwel li nsegwu dawn l-istruzzjonijiet u nippruvaw wkoll ngħinu l-komunità tagħna tibqa’ titlob, anke bl-għajnuna tal-media soċjali, imma nagħmlu ħilitna biex aħna flimkien bħala soċjetà nkunu nistgħu nilqgħu għal din il-marda. Huwa l-mument fejn aħna nitolbu lil Alla, sid tal-istorja biex iħarisna fir-ruħ u fil-ġisem, b’mod speċjali bl-interċessjoni tal-Madonna tas-Saħħa, u l-Ħamis 12 ta’ Marzu u l-Ġimgħa 13 ta’ Marzu, qegħdin nitolbu lill-komunitajiet Insara tagħna biex jagħmlu adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija, jingħad ukoll ir-rużarju skont din l-intenzjoni.