Robert Abela: Prim Ministru li jwettaq

     

    Persważ li l-Maltin kollha ta’ rieda tajba jaqblu miegħi li Dr Robert Abela ħareġ bl-unuri kemm ilu jservi bħala Prim Ministru ta’ Malta. Naħseb li huwa biss min mhux ġenwin u għandu biss l-interess li jimmina lill-Gvern Laburista, li jasal jgħid il-kuntrarju.

    Ejjew naraw xi eżempji importanti ta’ dak li wettaq s’issa l-Prim Ministru ta’ Malta:

    • Beda l-proċess għal numru ta’ riformi li wasslu għal titjib sostanzjali fir-relazzjonijiet ta’ Malta mal-Kummissjoni Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa;
    • Mill-ewwel kiseb ir-rispett tal-mexxejja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea;
    • Tejjeb ferm ir-relazzjonijiet tal-Gvern Laburista mal-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi ta’ Malta. Issa, fil-fatt, it-tnejn qed jaħdmu id f’id għall-ġid tal-Maltin kollha. Naqsu drastikament l-attakki minn partitarji Laburisti fuq l-Arċisqof, xi ħaġa li fil-passat riċenti kienet qed iddarras ħafna nies;
    • Waqt il-kriżi tal-COVID-19, Dr Abela ħa deċizjonijiet kruċjali f’waqthom li salvaw l-ekonomija ta’ pajjiżna u, fl-istess ħin, ipprovdew il-wens u l-ħarsien soċjali meħtieġa għaċ-ċittadini kollha milqutin ħażin mill-konsegwenzi tal-pandemija;
    • Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista ma beżax jieħu deċiżjonijiet iebsin iżda meħtieġa li ħolqu standards ġodda u għoljin ta’ kontabilità politika;
    • Dr Abela dejjem baqa’ qrib tal-poplu kollu u qagħad attent li jispjega r-raġunijiet kollha wara kull deċiżjoni importanti meħuda mill-Gvern immexxi minnu;
    • Bħala mexxej tan-nazzjon, kien eżemplari fl-aġir tiegħu u dejjem wera rispett anke lejn min ikkritikah bl-aħrax. Itratta lill-kritiċi tiegħu b’dinjità assoluta, eż. min dejjem jipprotesta kontra l-Gvern Laburista.

    Iva, Robert Abela huwa Prim Ministru li jwettaq u huwa politiku onest u ta’ integrità. Kull Malti huwa moħħu mistrieħ bih fit-tmun tal-pajjiż.