Proposti konkreti biex niġġieldu l-kanċer

    Fit-8 xhur li għaddew, iltqajt ma’ diversi persuni li esprimew ix-xewqa li l-Unjoni Ewropea tagħmel iktar fil-ġlieda kontra l-kanċer. Għalhekk iddeċidejt li npoġġi l-ġlieda kontra l-kanċer fuq nett tal-aġenda tiegħi. Fix-xhur li għaddew, smajt – u issa fassalt 20 proposta li tirrifletti l-ħsibijiet tal-istakeholders kollha li tkellimt magħhom.

    Filfattil-ġimgħa li għaddiet, flimkien ma’ Dr Stephen Spiteri u Dr Michael Axiak, nedejt l-ewwel sett ta’ proposti tal-Partit Nazzjonalista li għandhom l-iskop li jsaħħu l-ġliedakontra l-kanċer. Dawn jinkludu:

    1. Screening nazzjonali għall-kanċer tal-prostata;
    2. Iktar investiment fir-riċerka dwar il-kanċer u jerġgħu joħorġu l-postdoc grants;
    3. Iktar għajnuna psikoloġika lit-tfal li għandhom il-kanċerjew li għandhom qraba morda bil-kaċer – inkluż f’Għawdex;
    4. Iktar investiment favur ċentru speċjalizzat għall-kura tal-kanċer tassider;
    5. Iktar fondi għall-Kunsilli Lokali biex dawn jassumu rwol iktar ċentrali fit-twettieq ta’ inizjattivi għall-prevenzjoni tal-kanċer;
    6. Involviment ikbar ta’ NGOs fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar policies f’dan il-qasam;
    7. Jsir stocktake tal-miri li pajjiżna fassal permezz tal-Pjan Nazzjonali dwar il-Kanċer – u l-mira li l-mediċini kollha tal-kanċer jingħataw b’xejn sas-sena d-dieħla.

     

    Fil-jiem li ġejjin se nkomplu nikkonsultaw, u wara dan il-proċess se nkunu f’qagħda aħjar biex nippreżentaw proposti ġodda. Inwiegħed l-impenn kollu tiegħi f’dan il-qasam. Determinati li nsaħħu l-ġlieda tagħna kontra l-kanċer b’impenn biex il-kanċer neqirduh darba għal dejjem.

    Francis Zammit Dimech huwa MEP Nazzjonalista