Blogs

Niġbdu ħabel wieħed!

Dan l-aħħar kont involut f’konferenza li ttelgħet ġewwa Malta, fl-isfera tas-saħħa pubblika Ewropeja. Ltqajt ma’ diversi persuni li kollha kemm huma taw il-kontribut tagħhom sabiex dan l-avveniment, li laqqa’ ‘l fuq minn elf u mitejn delegat minn madwar id-dinja kollha, ikun success.

Ira Losco, Valerie Vella u Pierre Mejlak jagħtu l-appoġġ sħiħ tagħhom lill-programm Erasmus

Din il-ġimgħa rajna inizjattiva madwar l-Ewropa kollha fejn iktar minn 100 personalità mid-dinja tal-edukazzjoni, l-arti, l-letteratura, l-ekonomija, l-filosofija u l-isport mill-pajjizi membri fl-Unjoni Ewropea ffirmaw ittra miftuħa lill-Kapijiet tal-Istat u l-Gvern rispettivi tagħhom.

Niġġeddu IVA, Nċedu l-Armi LE

Ma rridux naqtgħu qalbna li nsalvaw persuni li spiċċaw bil-vizzju tad-droga. Jekk isibu l-id tal-ħbiberija u l-id tal-appoġġ jistgħu jirritornaw f’din is-soċjetà li għandha tħaddanhom lura. Il-ħbiberija u l-appoġġ għandu jiġi min għand persuni varji. Għandhom isibu l-appoġġ tal-qraba tagħhom, għandhom isibu l-appoġġ ta’ dawn li jimpjegawhom, għandhom isibu l-appoġġ tal-Għaqdiet Mhux Governattivi u għandhom isibu l-appoġġ tal-Istat.

Towards a Fairer Society

I am a believer in the contribution that market economics gives to the creation of wealth in a country and the betterment of the quality of life through employment opportunities. Innovation is a direct outcome of the market mechanism.

Il-Fostering

Lkoll naqblu li l-aħjar trobbija għat-tfal hija dik li jieħdu fi ħdan il-familja. Iżda sfortunatament dan mhux possibbli għal kulħadd. Għal raġunijiet varji numru ta’ familji ma jistgħux jieħdu ħsieb lit-tfal tagħhom almenu għal xi perjodu. Imma t-tfal ma jistgħux jieqfu jistennew sakemm is-sitwazzjoni tirranġa jew il-problemi jissolvew. Il-ħtiġijiet kollha tat-tfal iridu attenzjoni iżda b’mod partikulari l-bżonnijiet emozzjonali tagħhom iridu jiġu mħarsa sabiex jikbru f’saħħithom.

Lill-qaddisin ta’ Alla li jinsabu f’pajjiżna

Meta s-Salmista jafferma li “dan huwa n-nisel ta’ dawk li jfittxu ’l wiċċek, Mulej” (Salm 23), huwa qed jagħtina deskrizzjoni ta’ min huma l-“qaddisin”. Il-qaddis huwa dak li, wara li f’ħajtu jkun fittex li jara l-“wiċċ” ta’ Alla, illum qiegħed igawdi din il-viżjoni beatifika għal dejjem! Meta ftit tal-ġimgħat ilu, f’“ittra” li bgħatt lid-djoċesi fl-okkażjoni tal-bidu tas-Sena tal-Fidi, kont ktibt li “illum mhumiex ftit dawk li jħossu l-istess xewqa ta’ dawk il-Griegi li darba telgħu Ġerusalemm u marru għand Filippu, u talbuh: ‘Sinjur, nixtiequ naraw lil Ġesù!’ (Ġw 12:20-21)”, ridt nixprunakom f’din it-triq li għaddew minnha l-qaddisin! Bħall-bnedmin ta’ kull żmien, il-qaddisin kellhom ħafna mistoqsijiet f’moħħhom u f’qalbhom, u f’Alla biss sabu t-tweġiba li tat tifsira lil ħajjithom.

Going for the real economy

One of the various reasons given for the current serious financial and economic crisis in Europe has been the apparent abandoning on the part of European governments of a coherent and actionable industrial policy.

It-Trobbija ta’ l-Ulied

Meta wieħed jibda jaħseb dwar ix-xogħol jew karriera li wieħed se jaqbad, l-ewwel ħaġa li jagħmel huwa li jara x’taħriġ jinħtieġ. Dan huwa tajjeb ħafna għax hekk biss wieħed jista jgħid li għandu l-informazzjoni u l-ħiliet meħtieġa.

Xortina Tajba!

Ftit tal-jiem ilu kelli l-opportunita’ li nerġa’ nattendi għal konferenza tal-European Students’ Union ġewwa Ċipru, fej ġew diskussi numru ta’ temi relatati mal-Edukazzjoni Ogħla fl-Ewropa. Din l-għaqda kollettivament tirrappreżenta madwar 11 ‘il miljun student madwar l-Ewropa kollha.

It-tmellis tal-klieb u l-parkeġġ għal persuni b’diżabilità

Aċċettajt bil-qalb li nibda naqsam il-ħsibijiet tiegħi magħkom. Mhux se nistenna mingħandek li taqbel miegħi f’kulma nikteb: anzi jalla titqajjem diskussjoni u jkun hemm min jaġixxi.Minħabba n-natura tax-xogħol tiegħi nkun f’ħafna postijiet ’l hemm u ’l hawn u allura ninnota dak li jkun qiegħed jiġri madwari. Bħalkom nassumi jien idejjaqni l-kuntrarju, l-ipokresija u li jintlibsu l-maskri mhux biss fi żmien il-karnival.