Naħdem għal iżjed fondi mill-UE għad-dijabete

    Ir-riċerka f’teknoloġiji ġodda permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea se tkun qiegħda twassal biex tiġi salvata l-ħajja ta’ bosta nies li jbatu mill-marda tad-dijabete.

    Snkun qiegħed nuża l-pjattaforma tal-Parlament Ewropew biex inżid l-għarfien dwar it-tbatija fis-silenzju li jgħaddu minnha dawk il-familji li jaffaċċjaw din ir-realtà, speċjalment fuq it-tfal.

    Jeżisti apparat ta’ moniteraġġ li jeħel fuq l-id ta’ dak li jkun u jwissih meta l-livell taz-zokkor fid-demm ikun iċċaqqlaq b’mod perikolużB’iktar fondi investiti fir-riċerka dawn it-teknoloġiji jistgħu jkunu iktar avvanzati u bi prezzijiet iktar affordabbli.

    Nawgura lill-Gvern għax-xogħol tiegħu f’dan il-qasam u nwiegħed il-kollaborazzjoni tiegħi mill-Parlament Ewropew.

    Madwar l-Unjoni Ewropea hawn 33 miljun persuna li jbatu mid-dijabete.