Meta tbiddel id-diska tibda tgħid… – Aquilina

    Li kont teħles minn Konrad Mizzi u Keith Schembri meta faqqa’ l-iskandlu tal-Panama fl-2016;

    Li trid li l-Kummissarju tal-Pulizija jintgħażel bil-vot ta’ żewġ terzi tal-Parlament;

    Li jiddispjaċik għall-familja ta’ Daphne Caruana Galizia;

    Li bħala missier turi solidarjetà mal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia;

    Li trid tirrevedi l-iskema ta’ bejgħ taċ-ċittadinanza;

    Li ma temminx li Keith Schembri tilef il-mowbajl;

    Li trid tmur lura għar-ruħ soċjali tal-partit tiegħek;

    Li l-big business m’għandux jiddetta d-deċiżjonijiet tal-Gvern;

    Li l-ambjent għandu jkun priorità fil-ħidma tal-Gvern;

    Li trid tiddiskuti mal-Oppożizzjoni u mas-soċjetà ċivili;

    Li meta jiġi xi ħadd b’rigal tibagħtu lura minn fejn ġie;

    Li kien hemm ħafna affarijiet li ma qbiltx magħhom matul l-aħħar 7 snin.

    Iżda tbiddel kemm tbiddel id-diska, xorta tibqa’ dak li jkollu bilfors jiftaħar li huwa l-ko-pilota lealissimu taċ-champion tad-dinja tal-korruzzjoni, Joseph Muscat li on his watch (li tah sieħbu Yorgen Fenech) splodew ġurnalista u kasbru l-fama ta’ pajjiżna madwar id-dinja kollha.