Lealtà, Onestà, Esperjenza – Francis Zammit Dimech

    Nhar is-Sibt li ġej hu dover tagħna li mmorru nivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej u lokali li aħna msejħin għalihom.

    Jien qed nerġa nikkontesta l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u qed nitlob l-appoġġ tiegħek. Għandi bżonn dan l-appoġġ biex inkompli bil-ħidma li wettaqt fl-aħħar sentejn fl-Unjoni Ewropea u f’Malta f’oqsma varji, inklużil-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-qasam tas-saħħa, il-kultura, is-saltna tad-dritt u l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ. 

    Dan ta’ nhar is-Sibt hu vot importanti wkoll għal pajjiżna. Jekk int ma tmurx tivvota, tkun qed tagħti ċertifikat lil Joseph Muscat li kollox sejjer sew meta dan mhux ilkaż. Dan mhux iċ-ċertifikat li rridu nagħtu. 

    Is-Sibt neleġġu sitt Deputati Ewropej. Fil-Parlament Ewropew irridu nies kompetenti. Jien lest li noffri l-esperjenza kollha tiegħi fil-qasam Ewropew. Irridu wkoll nies leali. Jien dejjem ħdimt b’lealtà lejn il-kapijiet li kellu l-Partit u lejn pajjiżna u mhux lejn xi klikka. Fil-politika rridu nies onesti u mhux nies li jimpurtahom biss mir-regħba. 

    Għalhekk qed nitlob l-appoġġ tagħkom. Is-Sibt li ġej ivvota għal vuċi soda fil-Parlament Ewropew – ivvota favur il-lealtà, l-onestà u l-esperjenza. Fuq kollox, l-aktar importanti hu li tkomplu fuq il-kandidati kollha tal-PN. Dak hu l-veru vot favur pajjiżna.