L-Enemed tgħaddi biż-żmien lill-Kummissjoni Ewropea

    Enemed

    Il-Kummissjoni Ewropea ippublikat il-Bulletin ta’ kull Ġimgħa taż-Żejt u fih insibu li l-prezz tal-petrol hawn Malta huwa 1.27 ewro kull litru, meta fil-fatt kullħadd qed iħallas 1.41 ewro kull litru!

    Minn fejn ivvintat din il-figura l-Kummissjoni Ewropea? L-Enemed qed tgħaddi lill-Kummissjoni Ewropea biż-żmien?

    Il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel il-Kummissjoni Ewropea iġġibhom mingħand l-Ufficju Nazzjonali ta’ l-iStatistika, ibbażati fuq informazzjoni pprovduta mill-kumpanija Enemed.

     X’qed jiġri hawn Malta? Il-Kummissjoni Ewropea ħadet falza stikka, jew l-Enemed qed tisraq lill-konsumaturi Maltin id-differenza bejn l-1.27 ewro u l-1.41 ewro għall kull litru petrol?

    Ir-Regolaturi hawn Malta indunaw b’dan it-taħwid?

    Jekk wieħed iħares lejn il-prezz tal-petrol qabel id-dazji u t-taxxi, skond l-istess Bulletin, insibu li l-prezz tal-petrol hawn Malta – 52.689 centeżmi kull litru – huwa l-ogħla fost is-27 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea?

    Minn fejn qed timportah il-petrol l-Enemed? Fir-Rumanija, il-prezz tal-petrol qabel id-dazji u t-taxxi huwa ta’ 10.686 centeżmi kull litru!

    Tista’ l-Enemed tipprova tiskopri minn fejn timporta l-petrol ir-Rumanija?

    Malta hija l-uniku pajjiż tal-Unjoni Ewropea fejn il-gvern jimporta, jaħżen u jbiegħ il-petrol. Il-konsumaturi Maltin mhumiex qed igawdu mill-kompetizzjoni fis-suq tal-petrol, u huma diskriminati meta mqabbla ma’ cittadinin oħra tal-Unjoni Ewropea.

    Jidher li l-Kummissjoni Ewropea rieqda raqda sewwa meta tiġi għall-politika ta’ kompetizzjoni fis-suq tal-petrol hawn Malta.

    Il-konsumatur Malti ħadd m’hu qed jipproteġih meta niġu għas-suq tal-petrol.