Kif spiċċa l-PN!

    Monique Agius

    X’mistħija waqa’ fiha l-Partit Nazzjonalista! – Ġlied intern bil-miftuħ f’wiċċ kulħadd u manuvri baxxi li jindikaw li veru li dan il-partit politiku qed imiss il-qiegħ. Ħafna nies qed jistaqsu dawn il-mistoqsijiet:

    1.  Il-lealtà lejn il-Kap tal-Partit ma saret tfisser xejn għal ċerti nies?
    2. L-għażla tat-tesserati tal-Partit mhix importanti?
    3. Il-moralità fil-politika spiċċat għal kollox u hemm min lest ixerred kollox fil-pubbliku u anke jweġġa’ nies innoċenti, basta jasal għat-tir politiku tiegħu?
    4. Dawk li jridu jwarrbu lil Adrian Delia veru li jridu jagħmlu hekk għall-ġid tal-partit u l-pajjiż jew għax jaħsbu li l-poter għandu jkun għand ċerta klikka b’ċens perpetwu?
    5. Adrian Delia falla bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista?
    6. X’sar minnha l-famuża “New Way” tiegħu?
    7. Il-Kap tal-PN għandu jibqa’ fil-kariga tiegħu fid-dawl tad-diversi allegazzjonijiet li hemm kontrih?
    8. Jekk jitlaq Adrian Delia, possibbli li hawn xi ħadd daqshekk baħnan li se jidħol għat-tmexxija ta’ partit politiku maqsum biċċiet?
    9. Fis-sitwazzjoni diżastruża preżenti, kif se jiffaċċja l-elettorat il-Partit Nazzjonalista f’Mejju li ġej?
    10. Min se jkun qiegħed jgawdi minn dan kollu, il-Partit Laburista u l-Partit Demokratiku?

    Hija sitwazzjoni surreali!

    Desmond Zammit Marmarà huwa Kunsillier tal-PL f’Ħal Balzan