Is-siġra Nazzjonali u l-­politikanti Maltin

    Is-­siġra tal-­Għargħar darba kienet komuni ħafna fil-gżejjer Maltin. Kienet tiksi wesgħat kbar f’Birkirkara u l-inħawi ta’ madwarha. Illum hija meqjusa bħala siġra rari ħafna u tikber fis-selvaġġ f’xi ħames postijiet biss.
    Minħabba l­-kuxjenza pubblika dejjem tikber, illum insibuha tikber f’numru ta’ postijiet. Ma għandiex dubju li dawn tnisslu minn żerriegħa miġbura mis­-siġar Maltin. Mhix siġra diffiċli biex titnissel u wieħed jieħu gost jinnota li minn meta din is-sigra ġiet magħżula bħala s-siġra nazzjonali ta’ Malta, qed tintuża aktar u titħawwel aktar biex issebbah il-pajjiżna.
    Illum wieħed jista’ jara li din is­-siġra qed tiġi wkoll imħawwla fit-­toroq u dan huwa pass ’l quddiem. IMMA wieħed ma jistax ma jgħidx li l-­aspett kummerċjali qed jgħeleb dak soċjali u dak ekoloġiku, meta siġar bħal dawk li tħawlu fit­-triq Diċembru 13, ħdejn il­momunemt tar­-Repubblika, ma ġewx imnissla minn siġar Maltin imma ġew importati. Dan juri li:

    1. Il­-fragmentazzjoni li hawn fir-­responsabbiltajiet tal-­ambjent qed iwasslu biex jagħmlu ħafna ħsara u wasalt biex naħseb li din il-­fragmentazzjoni mhix b’kumbinazzjoni. Dawn is-­siġar importati sejrin inniġġsu l-­għaġna ġenetika tal­popolazzjoni tas­-siġra nazzjonali Maltija li ilha eluf ta’ snin mingħajr ebda kuntatt ma’ siġar oħra bħala barra minn pajjiżna.
    2. Dawn setgħu wkoll ġabu magħhom mard u speċi oħra li jistgħu jagħmlu ħsara kemm lis­-siġar ta-l­għargħar infushom kif ukoll lill­-biodivertsità Maltija bħal ma għamel u qed jagħmel il-­Bumunqar Aħmar tal­-Palm.
    3. Dan juri wkoll li l­-Ministru tat-­Trasport u l-­Infrastrutta li huwa responsabbli għat-­tħawwil ta’ siġar u pjanti fit-­toroq, ma għandux minn itih  tagħrif xjentifku u professjonali meħtieġ biex l­-attivitajiet li japprova ma jkunux ta’ ħsara soċjali u ambjentali.
    4. Juri wkoll li anki l­-kuntrattur li qed juża l­-Ministru lanqas għandu idea ta’ din ir-­responsabbiltà ekoloġika u soċjali, minkejja l­-kritika kontinwa li għaddejja mill-­pubbliku. U hawnhekk wieħed ma jistax jingħata tort meta jingħad li l­viżjoni approvata mill­-Ministru responsabbli hija nieqsa u fqira minn kull viżjoni soċjali u ekoloġika.
    5. Il­-Mepa li hija mħallsa mill­-poplu biex tħares l-­ambjent tagħna lkoll mhux biss ħaslet idejha imma ilha li xxotathom ukoll u tħossha aktar komda tindihes man-­naħa li tagħmel ħsara ambjentali milli ma’ dawk li jitkellmu fl­-interess nazzjonali. Forsi għax qegħdha taħt ir­-resonponsabbiltà tal­-Prim Ministru?

    Jista’ jgħati l­-każ li l­-Ministru responsabbli ma fetħulux għajnejh u ma jafx bil-­ħsara li qed issir b’dan il­-miż-immaniġġar tal­biodiversità. Dan faċilment jista’ jikkoordina mal­-Ministru tal-­Ambjent, li jista’ jgħidlu u jinformah b’mod xjentifiku u professjonali fuq kif dan ix-­xogħol għandu jsir. Barra minn hekk il­-Ministru tal­-Ambjent jista’ wkoll joffrilu siġar tal­-Għargħar imkabbrin f’mixtliet hawn Malta. Imma forsi jekk jagħmel dan iħoss l-­oppożizzjoni qawwija mill­i dawk li jgħidulu li dan sejjer inaqqsilhom il­-qliegħ mill­importazzjoni ta’ dawn is­-siġar. Dan minkejja li dan il­-qliegħ qed iħallas għalih il-­poplu u l­-ambjent Malti.  Forsi llum dan mhux importanti għat­-tmexxija politika?
    Fis-16 ta’ Jannar tal-1992 l­-għargħar ġiet iddikjarata s-siġra nazzjonali. Fl-1993 din is­-siġra ġiet imħarsa bil-liġi permezz tal-­Avviż Legali 49 tal-1993. Hija wkoll imniżżla fil-lista tal-Kunsill tal-Ewropa ta’ pjanti rari, mhedda u endemiċi tal-Ewropa. Tidher fil-lista ta’ pjanti mhedda ppublikata fl-1998 mill-Għaqda Internazzjonali tal-Ħarsien tan-­Natura. Hija wkoll meqjusa bħala siġra mhedda u b'firxa żgħira fil­-gżejjer Maltin. Tgħid illum f’Malta dan ma għadux jagħmel sens politikament fejn jidħlu l-­interessi kummerċjali
    Qrib il­-31 ta’ Marzu 2014, Jum ir-­Repubblika, bl-­approvazzjoni tal­-Ministeru tat­-Trasnport u l-Infrastruttura, il­-popolazzjoni tas-­siġra tal­-għargħar Maltin ġew mhedda bl­-importazzjoni ta’ siġar bħalhom li sejrin iniġġsu l­-għaġna ġenetika ta’ dawk Maltin. U l-­MEPA bħal dejjem ma titniffesx quddiem ħsara ambjentali u soċjali.
    L-għargħar hija siġra li tista' ssebbaħ pajjiżna, kemm bi msaġar li hija tista' tinseġ, kif ukoll bil-­preżenza tagħha fl-irħula u fl-ibliet tagħna. Saħansitra t-­tfal fl-­iskejjel ikabbru din is-s­iġra bla wisq diffikultà. Imma milli jidher, minn jingħata 8 miljun euro fis­-sena minn flus il­-poplu isibha diffiċli biex inissel minn dawn is­-siġar u juża siġar mhux imkabbrin hawn Malta minkejja l-­periklu ambjentali u l­-ħsara soċjali.
    Il-­fragmentazzjoni u l­-politika liberali f’hekk twassal. Il­-politikanti mingħajr pariri xjentifiċi u professjonali malajr jaqgħu vittma f’idejn minn ma għandu l­-ebda interess ambjentli u soċjali. Aktar u aktar meta l­-operatur jagħmilha ta’ regolatur ukoll. U dawn jippermettu lil dawk il­-ftit biex jistgħanaw u l­-poplu u l­-ambjent iħallsu. Ħadd ma jisma’ minkejja l­-wegħdiet. Tgħid inkun ottimist iż­żejjed jekk forsi naħseb li l­-Prim Ministru jista’ jwaqqaf din il­-ħsara ambjentali?
     

    Alfred E Baldacchino
    Ikkwalifikat fl­-Ippjanar u l-­Immaniġġar tal­-Ambjent

    alfredbaldacchino.wordpress.com
    aebaldacchino@gmail.com