Il-frustrazzjoni u r-rabbja

    Artiklu li qrajt dan l-aħħar tant kien struwiet li ħassejt li għandi naqsmu mal-qarrejja ta’ dan il-blog. Jitkellem fuq meta nħossuna rritati għal xi ħadd jew minħabba xi ħaġa li tkun ġrat u nintlew bir-rabbja. Ħafna drabi jġri li meta naslu f’dan l-istat aktarx jibda jdejjaqna kollox u kulħadd. Għalhekk ma nkunu qed nagħmlu xejn ħlief inkomplu ndejjqu aktar lilna nnfusna.

    Kif jiġri dejjem, meta tiġi iftħillha l-bieb jgħidu … trid jew ma tridx. Xi drabi kollox f’daqqa jinqala u donnu kollox u kulħadd lest biex aktar jakksek. Dan huwa l-mument li wieħed irid jieqaf u jaħseb ftit … għalfejn għandi din il-frustrazzjoni kollha? Possibbli li qatt ma waslu kontijiet f’daqqa, imbagħad tinkisirlek xi biċċa apparat li kellek bżonn, ħadd ma jrid jagħmel dak li hu mistenni u imbagħad tiġi ittra jew rapport u tħoss li d-dinja donna lesta biex tkissrek u int aktar issir irritat, frustratt u irrabbjat? Ħafna affarijiet żgħar u mhux daqshekk żgħar li jitfgħu fuqek pressjoni sabiex tirranġa affarijiet li ma kontx qed tistenna jew persuni li s-soltu jafu sew x’għandhom jagħmlu imma li min jaf għaliex donnhom insew xi jrid isir.

    Ieqaf hekk kif tirrejalizza li qiegħed tħossok hekk u għamel sforzz sabiex tibdel kif tħossok. Forsi hawn min qed jgħid faċli tgħidha ħaġa bħal din imma l-verita hija li int għandek għażla. Hija din l-għażla li nixtieq nitkellem fuqha. U iva mhux faċli imma l-affarijiet importanti kollha mhux faċli … almenu għalija.

    Bħal kulħadd meta jibdew jinqalgħu ħafna affarijiet minn taħt ir-riħ, ilkoll nistgħu nħossuna irritati imma dejjem jekk irridu aħna. Nista nagħżel li nħalli kollox ikkissirni u nista nagħżel li le. Tinstema ħafifa l-biċċa imma nafu li mhix; qabel ma nkunu ksibna biżżejjed kontroll fuqna nfusna. Jekk inħalluha, din l-irritazzjoni tiżviluppa f’rabja u kif qal Friedrich Nietzsche ‘xejn ma hu kapaċi jiekol l-persuna minn ġewwa aktar mill-passjoni li jħoss meta jħossu mikdud’. Jew aħjar kif jispjega Robert Ingersoll ‘ir-rabja hija r-riħ li jitfi l-lampa tal-moħħ’. Interessanti ħafna ukoll din is-sentenza: ‘meta l-għorrief jirrabbjaw, jitilfu l-għerf’.

    Fil-verita meta nħallu lilna nfusna nsiru rritati u rrabbjati, l-aktar li jbgħatu huwa aħna stess. In-nuqqasijiet ta’ ħaddieħor jew ta’ sitwazzjonijiet partikulari noħduhom fuqna u nħalluhom jixorbulna l-enerġija pożittiva. Mhux qed ngħid li nħallu kollox għaddej qisu ma qed naraw xejn imma li kollox iddejjaqna u nippretendu lil kulħadd jimxi bir-riga tagħna mhix rejali.

    JK Morley jindika li ‘il-kobor jew ċokon tal-persuna jista jitkejjel mill-qies ta’ dak li kapaċi tirrabbjaħ’. Importanti li nintebħu li meta nippretendu li ħaddieħor għandu jagħmel dak li naħsbu huwa sew aħna jindika ċar li nippretendu li aħna l-aktar importanti u li kulħadd għandu jisma mid-direzzjoni li ngħatu. Ralph Waldo Emerson qal ‘ara li ddum ma tintela bir-rabja …ftakar li għandek ħafna ħin’. Meta tħoss li xi ħaġa se tqabbiżielek, għamel l-għalmu tiegħek biex tinqata mis-sitwazzjoni u ersaq lura … Ġieli jgħidulna ukoll għodd sa l-għaxra … li qed jgħidulna dawn in-nies għorrief huwa li meta ma tħalliex ir-rabbja toħonqok, tkun aktar kapaċi tara x’qed jiġri u issib soluzzjoni – mhux bil-fors perfetta imma fil-ħajja x’hawn perfett. L-aħħar persuna li se nikkwota huwa Coleman Cox li qal: ‘ir-rabbja ma ttejjeb xejn ħlief it-tundjatura tas-sinsla ta’ dahar il-qattus’.

     

    Sina Bugeja

    Kap Eżekuttiv, Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali