GĦALL-­ĠID TAL-­POPLU… dejjem kif jgħidu

    Xi kultant nistaqsi lili nnifsi: x'inhi d-­differenza bejn il-­komuniżmu u l­-kapitaliżmu, jew aħjar x­'xebh hemm bejniethom? Jgħidu li tal-­ewwel hija sistema ekonomika fejn minkejja li r-­riżorsi ma huma ta’ ebda individwu imma huma ta’ kulħadd, l-­istat ifassal u jikkontrollha  dawn ir-­riżorsi ambjentali u finanzjarji. Mill-­banda l­-oħra l-­kapitaliżmu huwa sistema ekonomika oħra ikkontrollata mill-­privat bil-­għan li dan jagħmel qligħ minn suq li jikkontrolla l-­prezzijiet. It-­tnejn jgħidu li l-­għan ewlieni tagħhom huwa għall-­ġid tal­-poplu.

    Illum bil-­globalizzazzjoni tad­-dinja, l-­kapitalizmu u l-­komuniżmu  għebu fl­-istorja. Imma mhux qabel tgħammru u weldu wild. Bħal bgħula kollha (hybrids), dan il-­wild huwa b’saħħtu ħafna tant li kapaci jilqa’ u jxejjen kull ‘iżmu’ ieħor li jiġi quddiemu u li ma jaqbilx miegħu, sew jekk dan ikun professjonaliżmu, spiritwaliżmu, soċjaliżmu jew nazzjonaliżmu, tant li dan il-­wild nistgħu nsejħulu K­iżmu.

    Dan il-­K­iżmu juża r-­riżorsi finanzjarji, teknoloġiċi, akkademiċi u privati tiegħu biex jipprovdi servizzi u prodotti aħjar, irħas u fi kwantitajiet akbar, biex, dejjem kif jgħidu, joffrihom u jitma’ l­-popli tad-­dinja dejjem fl­-interess u għall-­ġid tagħhom. Tant dan il-­K­iżmu huwa b’saħħtu li ġieli jkun hemm fejn is-­saħħa tiegħu tiżboq dik ta' l-­istat li huwa mistenni u obbligat biex jirregolah fl-­interessi tal-­poplu. U ġieli jkun hemm xi politikanti li b’għafsa ta’ qalb ikollhom iħammġu xi ftit idejhom, ma għandniex xi ngħidu mingħajr ma jixtiequ, biex jgħinu lil ­dawn l­-entitajiet li jagħmlu parti minn dan il-­K­iżmu. U ġieli wkoll, bil-­għajnuna ta’ xi politikant, riżorsi finanzjarji pubbliċi jiġu mgħoddija lil dawn l-­entitajiet privati, biex jgħinhom jerġgħu iqumu fuq saqajhom. Ma għadniex xi ngħidu li dan kollu wkoll jsir fl-­interess u għal ġid tal-­poplu kollu… dejjem kif jgħidu.

    Imma din il­-ġirja, dejjem kif jgħidu, fl-­interss tal-­poplu, u kif qatt ma jingħad, bil-­għan ta’ gwadan materjalistiku individwali, waslet ukoll biex kull rokna tiġi sfruttata għal dawn l­-għanijiet. Hekk naraw li bit­teknoloġija tal-­lum waslet, fost oħrajn,  biex dak li ħalaq il-­Ħallieq jinħass li mhux tajjeb biżżejjed u għalhekk irid jiġi modifikat biex isir aħjar. Naraw li organiżmi ħajjin qed jiġu ġenetikament modifikati (GMOs)  b’mod l-­aktar mgħaġġel biex iwasslu ikel fuq il-­platt tal-­popli. Ma hemmx għalfejn ngħidu li dan kollu qed isir ukoll għall-­ġid tal-­popli… dejjem kif jgħidu.

    Imma t­-teknoloġija tal-­lum waslet ukoll biex turi li dawn il-­GMOs jistgħu jkollhom impatt negattiv fuq is-­saħħa mhux biss tan-­nies imma anki fuq l­-ekosistema. Ngħidu aħna dawn jistgħu jwasslu għall-­mard bħall-­ażma, kankru u anki jistgħu, kif jingħad wkoll, ikollhom impatt fuq il-­fertilità tal-­bniedem. Dan biex ma nsemmux li jagħmlu ħsara wkoll lill-­ekosistema minħabbba l-­kimika li tintuża fil-­ħolqien u tkabbir ta’ dawn l­-organiżmi ġenetikament modifikati, kif ukoll fl­-użu tal­-kimika marbuta mat­-tkabbir tagħhom li tiġi mbexxa fuq l­-uċuħ tar­-raba’, li jkollha mhux biss impatt negattiv fuq il-­biodiversità, jiġifieri l­-ħlejjaq ta’ fawna u ta’ flora, u l-­ambjent fiżiku tagħhom, bħal ngħidu aħna l-­ilmijiet u l-­art. U l­-bażi ta’ dan kollu hija li dan qed isir għall-­ġid u fl­-interess tal-­poplu wkoll… dejjem kif jgħidu. Il-­prinċipju ta’ prekawzjoni ma jidher imkien. Saħansittra anki l-­Papa tkellem ukoll fuq l­-impatt ta’ dan fuq il-­popli, u ġie mxebbah ma’ Marxist!

    Imma llum ukoll, it-­tekonoloġija wżata b’mod ġust u xieraq u b’mod professjonali u etiku, wasslet ukoll biex qajmet kuxjenxa pubblika b’saħħitha fejn il-­popli qed jgħidu li mhumiex lesti li jiġu mitmugħa ross bil-­labra. U din il-­kuxjenza hija mħassba fuq saħħitha u l-­ambjent naturali li jweżinna lkoll. Din  qiegħda dejjem tikber u tissaħħaħ filwaqt li qiegħda tgħid li ma tridx ikel modifikat la għaliha u lanqas għall-­bhejjem tagħha, kif ma tridx lanqas bexx ta’ kimika mbexxa fuq l­-art b’rabta tat­-tkabbir ta’ dawn il-­GMOs.

    Din il-­kuxjenża pubblika qed tikber saħansitra anki fl-­Amerika li weldet il­-kapitaliżmu, u tat sehemha biex immodifikatu f'K­iżmu, fejn insibu wkoll l-­akbar kumpaniji jaħdmu l-­GMOs li jbigħuh madwar id-dinja kollha. Tant li din il-­kuxjenza ġdida qed tinħass fl-­Amerika li wasslet il-­kumpaniji jħossu l­-bżonn l-­għajnuna politika biex tgħinhom ħalli jkunu jistgħu jkomplu jitimgħu l-­popli tad­-dinja, dejjem kif jgħidu. U bħalissa għaddejja kampanja kbira minnhom biex iġegħlu l-­gvern Amerikan japprova li tikketti tal-­prodotti tal­ikel ġenetikament modifikat ikunu jistgħu jneħħu kull referenza mit-­tikketta li dawn għandhom xi tip ta’  GMOs fihom. Kif qalu, jekk fuq it-­tikketta jkun hemm xi ħjiel ta’ GMOs fil-­prodott, dan ma jinxtarax minħabba l­-kuxjenza kbira kontrihom: il-­ġid tal-­poplu issa waqa’ fit-­tieni post. U hemm politikanti li qed jgħinu biex jintlaħaq dan il-­għan.

    L-­Unjoni Ewropea qed tirrifjuta li taċċetta dan in­-nuqqas ta’ tagħrif fuq it-­tikketti. Jista’ wieħed jaħseb x’jinqala, jekk xi ħadd imur biex jixtri karozza u l-­bejjiegħ jgħidlu li ma jistax jara l-­magna u d­-dettalji tagħha għax mhux fl-­interess tiegħu?  Imma fl­-ikel… Wieħed jista’ kważi kważi jgħid li l-­operaturi f’din is-­sistema ekonomika ġdida saru wkoll ir­regolaturi, u l-­istati li kienu r­regolaturi issa saru l­-benefatturi.

    Dan il-­K­iżmu qed ikompli jikber, u jidher ukoll li mhux ’l bogħod minn ­xtutna. Diġa jidher li hemm kuxjenza politika li lesta li tilqgħu b’idejha miftuha. Sadanittant l-­ambjent u l­-popli qed ikomplu jħallsu l­prezzijiet moħbija biex dan il-­K­iżmu jkompli jikber, u jistgħana, dejjem kif jgħidu… għall-­ġid tal-­poplu kollu! Hemm bżonn  li l­-poplu jkollu aktar sehem fid-­deċiżjonijiet u fit-­tmexxija tal­-pajjiż, u dan għall-ġid veru tal-­poplu.

     

    Alfred E Baldacchino

    aebaldacchino@gmail.com

    alfredbaldacchino.wordpress.com