Aħjar ikunu magħrufa minn kulħadd l-effetti tal-Covid-19

    Anxiety-and-COVID-19

    Ħafna baqgħu bil-ħsieb li anke meta taqbad lil nies ta’ età meżżana jew żagħżugħa, dawn malajr jeħilsu mill-effetti tagħha.

    “Din tħalli ħsara kważi permanenti fuq il-qalb u l-pulmun”

    Biss artikli li qed jidhru b’insistenza dejjem akbar fil-midja Ewropea qed jisħqu fuq aspett li ftit issemma sa issa.

    Waqt li veru, dal-fejqan mill-imxija jkun ġara, warajha din tħalli ħsara kważi permanenti fuq il-qalb u l-pulmun ta’ min ġie infettat.

    Jistgħu jibqgħu miegħu/magħha għal għomor sħiħ.

    Jintqal ukoll li ħafna minn dawk li jfiqu, jibqgħu għal żmien twil iħossuhom għajjenin jew jgħejew malajr.

    Huma tifsiriet li jkomplu juru kemm hu importanti li wieħed jibqa’ jieħu kull prekawzjoni.

    Veru li hemm biżżejjed aħbarijiet negattivi madwarna, u jekk nistgħu ma nżiduhomx, aħjar.

    Imma naħseb tajjeb ukoll li aħjar ikunu magħrufa minn kulħadd dawn l-effetti negattivi li ġġib magħha l-imxija anke għal min ikun fieq mill-attakk tagħha u anke fuq iż-żgħażagħ.