​Filmati: Fl-aħħar!

    Fl-aħħar waslet il-ħalba xita mixtieqa minn bosta!
    Bdew jittellgħu anke ritratti u filmati fuq il-mezzi soċjali.
    Il-paġna ta’ Facebook – Gozo Weather Page tellgħet filmat u kitbet li l-previżjoni tagħha ta’ xita rxiex għal din il-ġimgħa, ġiet ikkonfermata kmieni llejla.

    Fost il-lokalitajiet fejn għamlet ix-xita hemm San Pawl il-Baħar, il-Qawra u Buġibba.  
    F’temp ta’ ftit minuti niżlet 5.7 millimetri ta’ xita.

    L-istess paġna qed tipprevedi li t-temp għada jkun simili bħal tal-lum.
    Filmati: Gozo Weather Page – Rankin Luke Camilleri; Malta Weather Page: Marta Bartus; Ritratt: Sam Dimond