Blind fir-radar ta’ Barca u Real

Skont il-gazzetta  Express, l-Olandiż Daley Blind ser ikun fuq quddiem fil-lista taż-żewġ ġganti Spanjoli Real Madrid u Barcelona meta jumejn oħra jiftaħ is-suq tat-trasferimenti tax-xitwa.
Blind ingħata l-ġenb mill-kowċ Jose Mourinho biż-żewġ timijiet Spanjoli interessati fih għal diversi raġunijiet.
Barcelona jixtiequ jimlew il-vojt li ser iħalli Javier Mascherano illi ser jingħaqad ma’ Hebei China Fortune filwaqt illi Real Madrid għandhom l-intenzjoni illi jakkwistawh biex jilgħab maġenb il-plejer ta’ esperjenza tagħhom Sergio Ramos.
Blind ilu tliet snin mar-Red Devils fejn lagħab 87 partita u skorja 4 gowls magħhom. Huwa kellu esperjenza wkoll ma’ Ajax u jiġi t-tifel tal-leġġenda Olandiża Danny.