Blatter jasal ir-Russja

L-eks President tal-FIFA Sepp Blatter, li qatta’ 17-il sena bħala l-kap tal-għola awtorità fid-dinja tal-futbol, wasal ir-Russja llum.

Jidher li Blatter huwa mistieden tal-President Russu Vladimir Putin. Hu mistenni jattendi għal-logħba bejn il-Portugal u l-Marokk f’Luzhniki Stadium qabel imur f’St. Petersburg sabiex jara l-partita bejn il-Brażil u l-Kosta Rika.

L-Iżvizzeru ta’ 82 sena ngħata sospensjoni ta’ tmien snin wara skandlu relatat ma’ korruzzjoni li ħasad lill-FIFA. Blatter kien għadu jokkupa l-kariga ta’ President meta r-Russja ntgħażlet bħala l-organizzatriċi tat-Tazza tad-Dinja f’Diċembru tal-2010.

Miġjub lilek minn Hublot