Blalen tat-tamar u l-lewż

Riċetta u ritratti ta’ Rose Spiteri

Ingredjenti

pakkett tamar

lewż u ġellewż

meraq ta’ larinġa

coconuts

Metodu

Qatta’ pakkett tamar u saħħan fuq nar baxx fil-meraq ta’ larinġa.

Meta jirtab it-tamar żid ftit lewż u ġellewż imfarrak u coconuts. Ħallat sakemm ikollok taħlita magħquda.

Ifforma fi blalen u ħallihom jiksħu fil-friġġ għal madwar 30 minuta.