Blackberry b’2 smartphones Android din is-sena

Din is-sena Blackberry se tniedi żewġ smartphones Android.
Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija qal li wieħed mill-ismartphones se jkollu keyboard fiżika, filwaqt li l-ieħor touch screen.
Spjega li l-Blackberry m’għandha l-ebda pjani li tiżviluppa handsets bis-sistema operattiva tagħha, BB10, imma se tkompli toħroġ aktar updates għal smartphones bis-sistema.