Black box ta’ titjira li ġġarfet tinstab wara xahrejn

REUTERS/Willy Kurniawan/File Photo

Awtoritajiet tal-Indoneżja qed jaraw bħalissa l-kontenut ta’ apparat li jirrekordja l-ilħna t’ajruplan li ġġarraf xahrejn ilu. B’kaġun ta’ dan, kienu mietu il-189 ruħ abbord.

L-apparat instab fil-baħar, u jaf se juri x’ġara lejn it-tmiem tat-titjira. Uffiċjal spjega kif kien hemm sinjal dgħajjef ħafna ftit jiem ilu, u ħabba f’hekk, instab l-apparat fil-ħama ta’ qiegħ il-baħar. Però ġie spjegat li fil-passat, il-proċess li jiġi evalwat il-kontenut tagħha ġieli ħa 3 xhur.

Kuntatt mat-titjira JT610 kien intilef 13-il minuta wara li telqet fid-29 t’Ottubru tal-2018. Din kienet waħda mill-akbar inċidenti tal-ajru tal-2018.