“Bla zebra crossing għax tarmak ħażin” – Ian Borg

Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg stqarr li ż-zebra crossing fi Triq Ħal Qormi f’Ħal Farruġ għadha ma saritx minħabba li l-asfalt ma sarx ta’ kwalità tajba.

Dr Borg kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Ryan Callus. Callus staqsa meta se terġa’ tiġi installata ż-zebra crossing, peress li kienet tneħħiet meta sar ix-xogħol infrastrutturali fir-roundabout li tgħaqqad din it-triq ma’ Triq l-Ingiered u Triq Ħal Farruġ.

Ian Borg żied jgħid li l-asfalt se jkollu jerġa’ jinqala’ mill-kuntrattur u l-ispejjeż jitħallsu mill-istess kuntrattur.