Bla saqaf fuq rashom f’dan il-Milied

Is-Sibt fl-10am fuq 103 Malta’s Heart.

Read in English.

Għadd mhux żgħir ta’ nies li joqogħdu f’Malta f’dan il-Milied u fil-bqija tas-sena mhux se jkollhom saqaf fuq rashom. Li tispiċċa bla saqaf fuq rasek hija traġedja kbira u tħalli ferita fuq l-individwu u fuq is-soċjetà kollha kemm hi. Xi wħud jgħidu li dan huwa tort ta’ min hu bla dar, iżda ħafna studji juru li l-problema hija riżultat tal-mudell ekonomiku.

Newsbook.com.mt u 103 Malta’s Heart ingħaqdu flimkien biex joħolqu kuxjenza dwar din il-problema. Nhar is-Sibt fl-10am anke l-programm Andew Azzopardi on 103 se jiddiskuti l-problema tan-nies bla saqaf fuq rashom.

Prof. Andrew Azzopardi se jiddiskuti din il-problema anke fil-kuntest tar-rapport reċenti tal-Awditur Ġenerali (NAO) li jgħid li l-informazzjoni li qed niġbru fis-surveys, mhix qed taqbad biżżejjed kemm hija kbira l-problema għax mhux qed tinkludi lill-gruppi kollha li għandna fis-soċjetà tagħna.

Fost il-mistiedna ta’ Prof. Azzopardi nsibu lil:

  • Stephanie Fenech, Community Development Worker
  • Andrè Bonello mill- Caritas
  • Fr Karm Aquilina, Kapuċċin

Isiru telefonati lill-persuni li jaħdmu f’dan il-qasam u anke ma’ persuna li bħalissa tgħix bla saqaf fuq rasha.

Is-Sibt fl-10am fuq 103 Malta’s Heart.

Għin int ukoll biex toħloq kuxjenza dwar in-nies bla saqaf fuq rashom. Ikteb fuq il-Facebook jew xi platform ieħor tal-media soċjali u għamel link għal dan l-artiklu. Forsi titħajjar ukoll mill-impjegati ta’ Newsbook.com.mt u 103 Malta’s Heart u taqbad l-ismart phone tiegħek u tagħmel messaġġ qasir bil-video.

Dan l-artiklu huma parti mill-kampanja ta’ Newsbook.com.mt u 103 ‘Ma Kienx Hemm Post Għalihom fil-Lukanda’