Bla parkeġġ, bla pulizija f’Ta’ Qali

X’inhu l-aktar ilment fuq fomm in-nies?

Le, mhux is-sitwazzjoni politika… it-traffiku u l-akbar problema… il-parkeġġ!

Ritratti li bagħat qarrej lil Newsbook.com.mt juru s-sitwazzjoni ddisprata tal-parkeġġ f’Malta: karozzi pparkjati fuq il-bankina li jixhdu n-nuqqas ta’ rispett ta’ xi wħud lejn il-proxxmu.

Is-sors qal li fl-attività miżgħuda bin-nies tal-Festa tal-Birra, ma dehrux pulizija biex jikkontrollaw it-traffiku.

Jekk għandek xi ritratti simili ibgħathomlna fuq info@newsbook.com.mt.