“Bla mexxej, bla direzzjoni u mhux tenibbli” – Joseph Calleja

Read in English.

L-Ambaxxatur Kulturali Malti Joseph Calleja qal li l-pajjiż miexi “bla mexxej, bla direzzjoni” u żied jgħid li din hija sitwazzjoni “kompletament mhux tenibbli”.

Huwa kien qed jikkumenta fuq Twitter dwar l-aħħar żviluppi politiċi f’Malta.

It-tenur Malti ta’ fama internazzjonali kien qed jikkumenta dwar tweet oħra tal-eks Editur tat-Times of Malta dwar Chris Cardona li reġa’ ħa l-inkarigu ta’ Ministru għall-Ekonomija.

Fit-tweet tiegħu Mallia qal li din l-aħbar tista’ tfisser li jew li Keith Schembri għamillu frame-up jew li huwa kompliċi ma’ dak kollu li qed jiġri.