Bla libertà proviżorja għax kellu dokumenti foloz

Niġerjan ta’ 28 sena ma ngħatax il-libertà proviżorja hekk kif qed jiġi akkużat fil-Qorti li kien fil-pussess ta’ passaport Taljan falz u permessi foloz biex jgħix l-Italja.
Iż-żagħżugħ, li jaħdem fl-industrija tal-bini u li jgħix il-Fgura, qed jinsisti li mhux ħati tal-akkużi. Hu talab li jinħeles mill-ħabs sakemm jinstema’ l-każ peress li għandu indirizz fiss u qatt ma xellef difrejh mal-ġustizzja.
Madankollu l-Maġistrat qablet mal-Prosekuzzjoni li ż-żagħżugħ jista’ jipprova jaħrab mill-pajjiż u żammitu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.