Bla Kumment: Hekk tfisser il-gwerra

Fl-aħħar jiem il-Lvant ta' Ghouta fis-Sirja ntlaqat minn bumbardament qalil.
Euronews illum tellgħu dan il-filmat bla kumment, għax appuntu jitkellem waħdu, u qed jiddeskrivuh bħala l-aktar wiċċ brutali tal-gwerra li deher dan is-seklu.
L-attakk fuq das-subborg f'Damasku ħalla anki lill-UNICEF bla kliem, li ma setgħetx tiddeskrivi t-tbatija li għaddejjin minnha bħalissa l-familji fis-Sirja.
Il-kummenti tal-Euronews jagħlqu hekk, "Mhux se niddeskrivu dix-xena, iżda se nħallu lill-qarrejja jiddeskrivuha huma għalihom. Dal-filmat juri r-realtà tal-gwerra fl-era moderna. Ix-xeni huma vjolenti u disturbanti".

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=eGhShEzy8zE]

Filmat: Euronews