“Bl-iscreening qed naqbdu l-kanċer fis-sider fi stadju bikri” – Prof. Joe Psaila

Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook, il-ġurnalist Jesmar Baldacchino jitkellem mal-Profs Joe Psaila, li huwa l-Kap tan-National Screening Programme dwar il-kanċer fis-sider.
Psaila jsostni li l-għarfien fost il-Maltin żdied u l-attendenza għall-iscreening huwa tajjeb ħafna. Iqis li dan huwa ta’ benefiċċju għas-settur tas-Saħħa u qed jgħin għaliex flus li qabel kienu jintużaw għall-kura avvanżata issa jistgħu jintefqu fil-kura ta’ mard ieħor.
Matul is-snin il-Profs Psaila ra li f’Malta sirna aktar avvanżati fil-kura u fl-esperjenza tat-tim li jgħin lill-pazjent. Qal li l-linji gwida tal-Unjoni Ewropea saħħew il-kura u t-trattament li jingħata. Ix-xahar ta’ Ottubru huwa ddedikat għall-iscreening tal-kanċer fis-sider.

Filmat: Reel8 Productions