Bl-attakki fuq il-midja soċjali l-PN mhux se jimxi ‘l quddiem – Delia

Read in English.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li bl-attakki fuq il-midja soċjali, il-partit mhux se jimxi ‘l quddiem.

Delia qal dan waqt li kien qed jiġi intervistat fuq l-istazzjon tar-radju tal-partit tiegħu. Delia qal li daħal għall-kariga ta’ Kap bil-ħsieb li jagħmel it-tibdil li kien hemm bżonn. Żied jgħid li baqa’ ħafna xi jsir. Spjega li l-PN irid idaħħal aktar niex biex ma jkunux dejjem l-istess nies li jikkmandaw huma. Ħeġġeġ lil kull min irid l-aħjar għall-partit biex jersaq ‘il quddiem. Qal li l-kritika ġenwina ma ddejqux. Żied jgħid li jekk isiru attakki fuq il-midja soċjali, il-PN mhux se jmixi ‘l quddiem.

Il-poplu ma tkellimx iżda għajjat – Delia

Skont Delia, ir-riżultat tal-elezzjonijiet huwa wieħed ċar li fih il-poplu ma tkellimx iżda “għajjat”. Qal li n-nies għadhom ma jaħsbux li l-PN huwa kapaċi jkun alternattiva għall-Gvern Laburista.

Fi kliem Delia hemm min fil-PN li għadu jgħix fil-passat u jkun li trid tgħaddi tiegħu. Fi kliem Delia, se jkun qed jagħmel b’saħħtu kollha dak li ġie “fdat” jagħmel. Qal li min ma jridx jikkoopera, jista’ “jagħmel id-deċiżjonijiet tiegħu wkoll.”

Ilbieraħ Adrian Delia qal li m’għandux aktar ħin x’jaħli fuq il-Membru Parlamentari tal-PN Jason Azzopardi. Dan wara l-kummenti ta’ Azzopardi fuq Facebook fejn ikkirtika lil dawk li ma refgħux ir-responsabbilità għall-aħħar telfa elettorali tal-PN.

Dwar l-għażla ta’ bejn Jean Pierre Debono u Kevin Cutjar għas-siġġu ta’ David Stellini fil-Parlament, Delia qal li fil-passat ġieli kien hemm kapijiet tal-partiti li “għamlu dikjarazzjoni ċara” dwar lil min xtaqu. Delia qal li hu ma għamilx dikjarazzjonijiet simili.

Filmat: Jean Pierre Debono se jieħu post David Stellini fil-Parlament

Għal-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv qal li kien hemm attendenza kbira li fiha prattikament kien ġie kulħadd. Qal li ra uċuħ fil-kamra li ftit li xejn kienu jagħtu kontribut qabel.

Delia ħabbar li se tkun l-Ewroparlamentari tal-PN Roberta Metsola li tkun il-Kap tad-Delegazzjoni tal-PN fil-PE.

Filmat: “Nieħdu miżuri drastiċi kemm hemm bżonn” – Debono