“B’kollox għamilna 1,000 puntata” – Henry Zammit Cordina

Il-filming fuq is-sensiela Ħbieb u Għedewwa wasal ukoll fi tmiemu bl-aħħar puntata mistennija tixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315 nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu fl-3.45pm, b’repetizzjoni t-Tnejn 17 ta’ Awwissu fl-10.15am.

B’kollox se jkunu xxandru 1,000 puntata bil-ġbid tal-ewwel episodju kien beda f’April tal-2014 biex beda jixxandar f’Ottubru tal-istess sena fuq TVM li baqa’ jxandar din is-sensiela għal ħames snin konsekuttivi. L-aħħar staġun mbagħad ixxandar fuq l-siatzzjon Melita More, Cable Channel 315.

“X’avventura dik! Kien ta pjaċir li ninterpreta lil John Cassar,” kiteb fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook l-attur Henry Zammit Cordina li rringrazzja lil Evelyn Saliba La Rosa u Michael Vella Haber talli kienu fdawh b’din il-parti.

L-attur irringrazzja wkoll lit-telespettaturi li segwew din is-sensiela matul is-snin.

Intant, Melita More se jkun qed jerġa’ jxandar mill-ġdid il-100 episodji kollha mis-sitt u l-aħħar staġun ta’ Ħbieb u Għedewwa it-Tnejn 17 ta’ Awwissu, mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-istess ħin tal=3.45pm b’repetizzjoni fl-istess ġranet fl-10.15am.