B’Kara jirbħu l-kampjonat tan-nisa

It-tim tan-nisa ta’ Birkirkara rebħu l-kampjonat tal-futbol għat-tmien sena fl-Istorja tagħhom. Birkirkara rebħu l-kampjonat mingħajr ma biss tilfu logħba.

Huma ġew mogħtija t-tazza wara l-aħħar logħba ta’ din is-sena li lagħbu kontra Mġarr United. Il-manager tal-Bank of Valletta kif ukoll il-Viċi President tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Malti ppreżentaw it-trofew BOV Women’s Football lill-captain tat-tim Kalkariż, Stephanie Farrugia.