Filmat: B’Joseph Muscat ċertezza li ma ssirx ġustizzja – Delia

Read in English.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li b’Joseph Muscat Prim Ministru, il-poplu la jista’ jserraħ rasu li qed issir ġustizzja u wisq inqas li l-ġustizzja tidher li qed issir. Fisser li Joseph Muscat huwa l-kawża ta’ aktar inċertezza f’Malta.

Huwa qal dan f’messaġġ irrekordjat li ġie mxandar fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista fit-3pm.

Dwar il-laqgħa li ssejħet fil-Palazz tal-Girgenti dalgħodu, Adrian Delia qal li l-Grupp Parlamentari Laburista ipproteġa lil Joseph Muscat.

Stqarr li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista se tingħaqad mas-soċjetà ċivili fil-protesta li se ssir illum fil-Belt Valletta u sejjaħ lill-pubbliku filwaqt li uża l-kliem “din hija s-siegħa tal-Maltin”.

Huwa qal li Joseph Muscat huwa ggranfat mas-siġġu tal-poter filwaqt li saħaq li saħaq li l-inċertezza f’Malta se tkompli tittawwal ma’ kull ġurnata li Muscat jagħmel fil-kariga.

Stqarr li Malta hija ostaġġ ta’ sitwazzjoni bla preċedent minħabba f’dawk li skont Delia, b’għemilhom jew b’nuqqas ta’ għemilhom ħolqu kriżi istituzzjonali.