Filmat: Bjorn veru li jkun se jmut qabel kull ġabra li jagħmel?

Intervista ma' Bjorn Formosa waqt Andrew Azzopardi on 103

Bjorn Formosa b’kuraġġ kbir dawwar kundizzjoni iebsa li għandu, f’mezz biex jgħin lill-oħrajn li bħalu jbatu mill-ALS. Bena Dar Bjorn u se jibni oħra.

Bjorn se jkun il-mistieden ta’ Prof. Andrew Azzopardi waqt il-programm Andrew Azzopardi on 103 is-Sibt fil-11am fuq 103 Malta’s Heart.

Fost il-mistoqsijiet li se jwieġeb:

  • Qabel kull ġabra tgħid li tkun se tmut. Veru jew tagħmel hekk biex tiġbor aktar?
  • Jekk il-Gvern ma jagħtikx il-flus kollha li teħtieġ kif tista’ tibni u tmexxi t-tieni dar li bnejt?
  • Min fejn issib is-saħħa u l-kuraġġ biex tibqa’ għaddej minkejja l-uġigħ li ġġib magħha l-ALS?

Fl-ewwel parti tal-programm li tibda fl-10am Prof. Azzopardi se jmexxi diskussjoni dwar jekk l-istrateġija tal-Gvern kontra l-coronavirus irnexxietx jew le. Wara l-intervista ma’ Bjorn, Prof. Azzopardi se jintervista lill-MP tal-Partit Laburista Glen Bedingfield.

Andrew Azzopardi on 103 jixxandar kull nhar ta’ Sibt fl-10am fuq 103 Malta’s Heart.