​Bjorn Vassallo magħżul bħala s-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-MFA

Wara li llum il-Kunsill tal-MFA ltaqa’ għall-ewwel darba wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali, approva l-ħatra ta’ Bjorn Vassallo bħala s-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-MFA.
Din il-ħatra ġiet wara r-riżenja ta’ Joe Gauci, li serva tant tajjeb bħala segretarju għal bosta snin u wara li l-President Norman Darmanin Demajo nnomina lil Bjorn Vassallo f’din il-kariga li kienet vakanti.
Bjorn Vassallo kien serva ta’ Chief Executive Officer tal-MFA, kariga li issa mhux se tibqa’ teżisti aktar, sa’ minn Awwissu tal-2010.
Din il-bidla importanti fit-tmexxija tal-assoċjazzjoni, se tkompli tgħin u ssaħħaħ il-programm ta’ żvilupp fit-tul li ra tkabbir sostanzjali fl-ewwel snin ta’ Presidenza ta’ Norman Darmanin Demajo.
Minn naħa tiegħu, is-Segretarju Ġenerali l-Ġdid esprima s-sodisfazzjon tiegħu li ġie magħżul f’din il-kariga u se jkompli jagħti l-almu tiegħu bħalma għamel fil-passat għall-ġid tal-assoċjazzjoni u l-membri kollha tagħha.