Bjorn joħroġ mill-isptar

13-il jum wara, Bjorn Formosa ħareġ mill-isptar iżda l-operazzjoni baqa’ m’għamilhiex minħabba li hi riskjuża ħafna.

B’messaġġ fuq Facebook, Bjorn qal li l-operazzjoni kienet riskjuża u ma kienx hemm għażla oħra ħlief li jgħix bl-uġigħ għalissa. Hu qal li se jkollu jerġa’ jmur lura l-isptar fi żmien ġimagħtejn.

Appella lin-nies biex jgħinuh iwettaq ħolma tiegħu li jibni t-tieni dar fil-25 ta’ Ottubru waqt il-programm Xarabank permezz ta’ donazzjoni b’SMS programm Xarabank. SMS Donate 50618936 – €6.99 or Revolut +35679209420 www.darbjorn.com www.alsmalta.org.