Bjorn jiltaqa’ ma’ atleti internazzjonali

Il-fundatur ta’ ALS Malta, Bjorn Formosa, dalgħodu ltaqa’ ma’ atleti li qed jiksbu fama madwar id-dinja, l-atleti tas-Super League Triathlon.

Bjorn qal li qed jieħu gost li dawn l-atleti għażlu li jġibu l-isport tagħhom f’Malta, u li dan jgħin lill-kawża tiegħu u qed jagħti iżjed tagħrif fuq il-pajjiż.

Super League Triathlon qegħdin jorganizzaw attivitajiet sportivi tul dan il-weekend kollu, fosthom għawma ta’ 300 metru għada u ġirja ta’ 4 kilometri warajha. Imbagħad, il-Ħadd għandhom ġirja ta’ 5 kilometri li jista’ jipparteċipa fiha kulħadd.

It-tim ta’ Super League ltaqa’ wkoll ma’ tfajjel Malti ieħor bi storja x’joffri, Jake Vella, li kien issemma’ fil-midja xi xhur ilu għax ta’ tmien snin, minkejja li għandu kundizzjoni rari, jipprattika sport impenjattiv. Huma xerrdu ritratt miegħu fuq il-paġna tagħhom.

Jake Vella is a kid who dreams big – and one of those lofty dreams was to meet the Brownlee Brothers. With a story that…

Posted by Super League Triathlon on Thursday, October 25, 2018