Bjorn iwissi dwar persuni li qed jiġbru flus f’isem ALS

Bjorn Formosa wissa lill-pubbliku dwar żewġ persuni f’Għawdex li b’mod illegali qed jiġbru donazzjonijiet f’isem ALS Malta.

Fuq Facebook, Bjorn xerred ritratti u l-profili ta’ Facebook tal-persuni li qal qed jużaw ittri mhux awtorizzati f’isem l-ALS Malta u bil-firma tiegħu fuqhom. Spjega li l-oġġetti li qed jiġbru dawn il-persuni qed ibigħuhom għall-gwadann personali tagħhom. Għaldaqstant talab sabiex ħadd ma jagħti donazzjonijiet lil dawn il-persuni.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Fil-messaġġ talab ukoll sabiex dawk kollha li jiltaqgħu ma’ persuni li jaħsbu li qed jiġbru flus f’isem ALS Malta iżda mhux awtorizzati, għandhom jikkonfermaw billi jċemplu fuq 79209420.

ATTENTION: It came to our ears that the individuals in these pictures who apparently reside in Gozo are using…

Posted by Bjorn Formosa on Thursday, November 15, 2018