Bjorn anzjuż jistenna riżultat mediku

L-attivist tal-ALS Bjorn Formosa, viżibilment batut u emozzjonat qal li għadda minn sitwazzjoni diffiċli f’dawn l-aħħar jiem u qed jitlob għat-talb.

Huwa qal li qed jistenna riżultat ta’ scan li jista’ jwassal għal operazzjoni li ċ-ċansijiet tas-suċċess għalih huma baxxi.

Huwa qal li dan il-lejl ma raqadx u ilu sitt ijiem l-isptar.