Biżżejjed provi biex Tarcisio Mifsud ikun akkużat b’tixħim dwar xiri ta’ żejt

L-eks kontrollur finanzjarju tal-Enemalta, Tarcisio Mifsud, qed ikun akkużat b’tixħim b’rabta mal-każ ta’ korruzzjoni tax-xiri taż-żejt.

Dan wara li l-Qorti ddeċidiet li hemm biżżejjed provi biex Mifsud jitqiegħed taħt att ta’ akkuża.

L-akkuża ta’ Tarcisio Mifsud hi li rċieva kummissjonijiet minn fuq xiri ta’ żejt mingħand il-kumpanija Franċiża ‘Total’.

L-avukati Anna Mallia u Edward Gatt qed jirrappreżentaw lil Mifsud.